Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO - Compagnie financière de participation (Forma ovali blu u safra)

(Kawża T-426/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Chiquita Brands LLC (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Dissmann u L. Jones, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie financière de participation (Marseille, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Forma ovali blu u safra) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 497 191

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 2243/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità sa fejn it-trade mark kontenzjuża ġiet iddikjarata invalida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 4 u 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark kontenzjuża;

Ksur tal-Artikoli 7(3) u 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-karattru distintiv miksub tat-trade mark kontenzjuża.

____________