Language of document : ECLI:EU:T:2010:235

Kawża T-547/08

X Technology Swiss GmbH

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Sommarju tas-sentenza

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b))

Huwa nieqes minn karattru distintiv, skont l-Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, sinjal li jikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta’ kalzetta, li r-reġistrazzjoni tiegħu intalbet għal “Ilbies, jiġifieri xogħol tal-maljerija għas-saqajn, kalzetti, u kalzetti twal tan-nisa” li jaqa’ fil-klassi 25 tal-Ftehim ta’ Nice. Fil-fatt, minħabba n-nuqqas ta’ diverġenza sinjifikattiva min-normi jew mill-abitudnijiet tal-qasam tax-xogħol tal-maljerija għas-saqajn, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija pperċepita mill-pubbliku rilevanti, magħmul mill-konsumaturi finali kollha li jagħti biss attenzjoni żgħira, bħala element dekorattiv.

(ara l-punti 41, 45, 59)