Language of document : ECLI:EU:T:2014:1075





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Hansen & Rosenthal u H&R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑544/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova ta’ ksur — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Drittijiet tad-difiża — Gravità tal-ksur — Nuqqas ta’ retroattività — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li tikkonċerna diversi destinatarji — Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kull destinatarju (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 28-32, 47)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ isem komuni fir-rigward taż-żewġ kumpanniji li jappartjenu għall-istess grupp u li għandhom rabtiet personali u vertikali — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Assenza (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 33-36, 46, 49-58)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Impriżi mogħtija l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-fatti, l-ilmenti u ċ-ċirkustanzi allegati mill-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 61-69)

4.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq — Inklużjoni — Tkomplija tan-negozjati fuq ċerti elementi tar-restrizzjoni — Assenza ta’ effett (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 74-76, 163)

5.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 77, 78, 127, 142)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova — Prova mogħtija minn numru ta’ indikazzjonijiet tal-ksur — Ammissibbiltà — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi dokumentali — Kriterji — Kredibbiltà tal-provi prodotti — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 79, 83-94, 121, 199)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata — Konsegwenzi (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 80-82)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Saħħa probatorja ta’ depożizzjonijiet volontarji mogħtija sabiex tinstab ir-responsabbiltà tal-impriża mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju bil-għan li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemmija impriża — Valur probatorju għoli (Artikolu 81(1), KE ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 95-100, 117, 118)

9.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Inklużjoni — Kundizzjoni — Assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 125, 126, 128, 141, 217, 225, 232)

10.                     Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Kriterji — Għan uniku u pjan ġenerali — Modalitajiet tat-twettiq tal-ksur — Assenza ta’ effett — Aġir derogatorju ta’ wieħed jew diversi parteċipanti — Assenza ta’ effett (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 238-240, 245, 246, 249)

11.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Assenza — Natura prevedibbli tal-emendi introdotti mil-linji gwida — ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività — Assenza (Artikoli 81 KE u 82 KE ; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1) ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02) (ara l-punti 275-288)

12.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Kriterji — Użu tal-aħjar informazzjoni disponibbli tal-impriża inkriminata — Ksur tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2004 — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 15 u 16) (ara l-punti 292, 311, 314, 320)

13.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Metodu ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi ta’ flessibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Effett (Artikolu 229 KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2), u 31 ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 293-295)

14.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Kriterji — bejgħ f’rabta diretta jew indiretta mal-ksur — Dħul mill-bejgħ imwettaq b’mod ġenerali fis-suq effettwat mill-ksur mill-impriża inkriminata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 333-336)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 81(1), KE ; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(3) ; Regolament tal-Kunsill Nru1/2003, Artikolu 23(2) u (3) ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 361-363, 372, 377, 378, 381)

16.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Dħul mill-bejgħ globali tal-impriża kkonċernata — Dħul mill-bejgħ magħmul bil-merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni rispettiv — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament u (Artikolu 81(1), KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 376, 379, 380, 383-386)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xema’ tax-xemgħa), f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hansen & Rosenthal KG u H&R Wax Company Vertrieb GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.