Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-545/08) 1

("Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Nuqqas ta' żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Thérèse Nicole Thoss (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Steiner, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta' Marzu 2006 tal-Qorti tal-Awdituri li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta' ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li l-kundizzjoni ta' ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kinitx sodisfatta (kawża rreġistrata bir-referenza F-46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008 (li kienet Kawża F-46/08)