Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta' Settembru 2010 - Villa Almè vs UASI - Marqués de Murrieta (i GAI)

(Kawża T-546/08)1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva i GAI - Trade mark nazzjonali verbali YGAY u trade marks Komunitarji figurattivi u verbali MARQUÉS DE MURRIETA YGAY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe (Mansuè, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u A. Sempio, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marqués de Murrieta, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Settembru 2008 (Każ R 1695/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bodegas Marqués de Murrieta, SA u Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009