Rikors ippreżentat fl-4 ta' Awwissu 2009 - Sanyō Denki vs UASI - Telefónica O2 Germany (eneloop)
(Kawża T-309/09)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sanyō Denki Kabushiki Kaisha (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. De Zorti, M. Koch u T. Grimm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG (Munich, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Mejju 2009, fil-Każ R 794/2008-2;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "eneloop" għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni Nru 4 620 225)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Telefónica O2 Germany GmbH & Co. OHG
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: fost l-oħrajn, it-trade mark verbali Ġermaniża "LOOP" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 (Trade mark Nru 30 416 654.5)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 , għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)