Language of document : ECLI:EU:C:2017:689

Kawża C177/16

Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra/Latvijas Autoru apvienība

vs

Konkurences padome

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākā tiesa Administratīvo lietu departaments)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Kunċett ta’ ‘prezz inġust’ – Tariffi miġbura minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mar-rati mitluba fi Stati Membri oħra – Għażla tal-Istati ta’ riferiment – Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prezz – Kalkolu tal-multa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017

1.        Pożizzjoni dominanti – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Inċidenza potenzjali u sinjifikattiva – Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju

(Artikolu 102 TFUE)

2.        Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta – Evalwazzjoni – Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra – Għażla tal-Istati ta’ riferiment – Ipparagunar mar-rati mitluba fi gruppi ta’ utenti speċifiċi – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 102 TFUE)

3.        Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta – Evalwazzjoni – Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra – Differenza sinjifikattiva u persistenti bejn ir-rati pparagunati – Indikazzjoni ta’ abbuż – Obbligi probatorji għall-amministrazzjoni kollettiva li tikkontesta l-abbuż

(Artikolu 102 TFUE)

4.        Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Multa imposta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Kalkolu – Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni

(Artikolu 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 23(2))

5.        Pożizzjoni dominanti – Abbuż – Kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni inġusta – Evalwazzjoni – Tariffi applikati minn soċjeta għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ipparagunar mat-tariffi applikati fi Stati Membri oħra – Multa imposta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Ammont – Determinazzjoni

(Artikolu 102 TFUE)

1.      Il-kummerċ bejn Stati Membri jista’ jiġi affettwat mil-livell tat-tariffi ffissati minn soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju u li tamministra wkoll id-drittijiet ta’ detenturi barranin, sabiex ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 102 TFUE.

(ara l-punt 30 u d-dispożittiv 1)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31 sa 51, u d-dispożittiv 2)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52 sa 61, u d-dispożittiv 3)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 62 sa 71, u d-dispożittiv 4)

5.      Għall-finijiet ta’ eżami dwar jekk soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur tapplikax prezzijiet inġusti fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, huwa xieraq li tipparaguna r-rati tagħha ma’ dawk applikabbli fl-Istati ġirien kif ukoll dawk applikabbli fi Stati Membri oħra, korretti permezz tal-indiċi tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist, sakemm l-Istati ta’ riferiment kienu ġew magħżula skont kriterji oġġettivi, xierqa u verifikabbli u li l-bażi tal-paraguni affettwati hija konsistenti. Jista’ jsir paragun tar-rati mitluba fi grupp wieħed speċifiku jew iktar ta’ utenti jekk hemm indikazzjonijiet li n-natura eċċessiva tat-tariffi tkopri dawn il-gruppi.

Id-differenza bejn ir-rati pparagunati għandha tiġi kkunsidrata bħala kunsiderevoli jekk din hija sinjifikattiva u persistenti. Tali differenza tikkostitwixxi indikazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u hija s-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li hija f’pożizzjoni dominanti li għandha tipprova li l-prezzijiet tagħha huma ġusti billi tibbaża fuq elementi oġġettivi li jaffettwaw l-ispejjeż amministrattivi jew ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

Fil-każ fejn il-ksur imsemmi fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE huwa stabbilit, ir-remunerazzjonijiet intiżi għad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu inklużi, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, fid-dħul mill-bejgħ tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernata, sakemm dawn ir-remunerazzjonijiet jagħmlu parti mill-valur tas-servizzi pprovduti minn din is-soċjetà u li din l-inklużjoni hija neċessarja sabiex tiżgura n-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni imposta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.

(ara d-dispożittivi 2 sa 4)