Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – BX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/13 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Kostituzzjoni ta’ riżerva ta’ reklutaġġ ta’ amministraturi (AD) grad 5 ta’ ċittadinanza Bulgara u Rumena fil-qasam tad-dritt - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jidhirx isem ir-rikorrenti fuq il-lista ta’ riżerva – Oneru tal-prova – Evalwazzjoni komparattiva – Ugwaljanza fit-trattament - Stabbilità fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla – Artikolu 3(5) tal-anness III tal-Istatut – Żnaturament tal-fatti u tal-elementi tal-provi – Rikors għad-danni – Deċiżjoni fuq l-ispejjeż”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BX (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Rata, avukat)Parti l-oħra fil-proċedura : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-24 ta’ April 2013, mogħtija fil-Kawża F-88/11, BX vs Il-Kummissjoni (F-88/11, ĠabraSP, EU:F:2013:51), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza. DispożittivL-appell huwa miċħud.M. BX għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-proċedura.