Language of document : ECLI:EU:T:2016:616





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2016 –
Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T‑351/13)

“Dumping — Importazzjoni ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Interess dirett — Interess individwali — Ammissibbiltà — Determinazzjoni tal-valur normali — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru°1225/2009 — Regola tal-inqas dazju — Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku (Artikolu 263, paragrafu 4, TFUE) (ara l-punti 19-21)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Interess dirett ta’ prodottur-esportatur tal-prodott ikkonċernat – Interess dirett ta’ importatur tal-prodott ikkonċernat (Artikolu 263, paragrafu 4, TFUE) (ara l-punti 23, 24)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Regolament li jimponi dazji antidumping – Impriżi produtturi u esportaturi identifikati fir-regolament jew ikkonċernati mill-investigazzjonijiet preliminari – Ammissibbiltà (Artikolu 263, paragrafu 4, TFUE) (ara l-punti 25-35)

4.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Regolament ta’ implementazzjoni li jemenda r-regolament li jimponi dazji antidumping definittivi wara eżami mill-ġdid intermedju – Rikors ippreżentat minn impriża identifikabbli fil-mument tal-adozzjoni tar-regolament u li tagħmel parti minn ċirku ristrett ta’ operaturi ekonomiċi – Ammissibbiltà (Artikolu 263, paragrafu 4, TFUE) (ara l-punti 36, 37)

5.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Preżentata ta’ rikors wieħed u l-istess minn żewġ rikorrenti – Ammissibbiltà tar-rikors ta’ wieħed mir-rikorrenti – Neċessità li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tat-tieni rikorrent – Assenza (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 39)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Regola tal-inqas dazju – Applikabbiltà fi proċedura ta’ eżami mill-ġdid intermedju parzjali limitat għad-dumping – Evalwazzjoni tal-osservanza tar-regola tal-inqas dazju abbażi tal-marġni ta’ dannu stabbilit waqt l-investigazzjoni inizjali – Ammissibbiltà – Kundizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 9(4), u 11(2), (3) u 9) (ara l-punti 48-68)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Għażla ta’ pajjiż analogu – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata [Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a))] (ara l-punti 70-78, 82-86, 90-99, 102-107, 130, 131)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament li jimponi dazji antidumping (Artikolu 296, paragrafu 2, TFUE) (ara l-punti 110-114, 140-142)

9.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Aġġustamenti – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)) (ara l-punti 132-138)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 372/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1008/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni interim parzjali taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2013, L 112, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SuzhouCrown Equipment (Suzhou) Co. Ltd u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.