Language of document : ECLI:EU:T:2011:402





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Lulju 2011 – Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16 u 17)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 22)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Ksur mill-att ikkontestat ta’ regola superjuri tad-dritt - Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 29)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jirriżulta minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba li ma jiġux ikkomunikati dokumenti, minħabba piż eċċessiv ta’ xogħol - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Assenza fil-każ ta’ dannu ta’ natura purament ipotetika (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23, 24 u 31 sa 33)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 40 u 41)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2360 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati mas-siment).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.