Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Portovesme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffa preferenzjali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Għajnuna ġdida – Ugwaljanza fit-trattament – Terminu raġonevoli”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Portovesme Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Ciulli, G. Dore, M. Liberati u A. Vinci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament totali, jew parzjali “sa fejn jitqies raġjonevoli”, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE , tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) implementata mill-Italja favur Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (ĠU L 309, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Portovesme Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.