Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Nederland, b’sede fi Groningen (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’Mejju 2016 – Bas Jacob Adriaan Krijgsman vs Surinaamse Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-302/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Nederland, b’sede fi Groningen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bas Jacob Adriaan Krijgsman

Konvenuta: Surinaamse Luchtvaart Maatschappij NV

Domanda preliminari

Liema rekwiżiti (ta’ forma jew ta’ sostanza) l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 1 għandha tissodisfa meta l-kuntratt ta’ trasport ikun ġie konkluż bl-intermedjazzjoni ta’ aġent tal-ivvjaġġar jew meta r-reservazzjoni tkun saret permezz ta’ sit internet?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).