Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari taż-Zalaegerszegi Járásbíróság - l-Ungerija) – Proċedura marbuta mar-rikonoxximent u mal-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja imposta fuq LU

(Kawża C-136/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI – Eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji – Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku – Artikolu 5(1) – Reati li jagħtu lok għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt – Artikolu 5(3) – Reati li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru għandu l-possibbiltà li jissuġġetta r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni għall-kriminalità doppja tal-fatt – Stħarriġ mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni tal-klassifikazzjoni legali mogħtija lir-reat mill-Istat Membru emittenti fiċ-ċertifikat li jakkumpanja d-deċiżjoni ta’ sanzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Zalaegerszegi Járásbíróság

Parti fil-kawża prinċipali

Konvenut: LU

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fin-nuqqas ta’ xi waħda mir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent jew ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni espressament previsti minn din id-deċiżjoni qafas, ma tistax, bħala prinċipju, tirrifjuta li tirrikonoxxi u teżegwixxi deċiżjoni li timponi b’mod definittiv sanzjoni pekunjarja meta l-awtorità tal-Istat emittenti tkun ikklassifikat ir-reat inkwistjoni, fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, bħala li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ reati li għalihom l-Artikolu 5(1) ma pprevediex verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt.

____________

1     ĠU C 215, 29.6.2020.