Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-218/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Kartaġni, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J. Farthouat, J. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent u fejn il-miżuri restrittivi huma l-iffriżar ta’ assi fl-Unjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi adotta l-atti kkontestati l-konvenut qed jassisti f’investigazzjoni kriminali fit-Tuneżija u għalhekk qed jaġixxi f’kapaċità ġudizzjarja f’kuntest ta’ liġi kriminali u li l-bażijiet legali użati mill-konvenut, jiġifieri l-Artikolu 29 TUE u l-Artikolu 215(2) TFUE, ma jagħtuhx il-kompetenza sabiex jaġixxi b’dan il-mod.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-atti kkontestati ġew adottati biex jiġu assistiti l-awtoritajiet ġudizzjarji fit-Tuneżija u mhux għar-raġunijiet ipprovduti insostenn tal-bażijiet legali magħżula u li b’konsegwenza ta’ dan kien hemm ksur tal-bażijiet legali.It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li hemm a) żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-fatt li hemm rabta bejn l-assi li r-rikorrent għandu fl-Unjoni Ewropea u s-suġġett tal-investigazzjoni ġudizzjarja fit-Tuneżija, b) żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-dikjarazzjoni li l-parti operattiva tal-atti kkontestati jiġġustifikaw li isem ir-rikorrent jinżamm fuq il-lista ta’ persuni li l-assi tagħhom huma ffriżati, u ċ) żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom il-konvenut irid jiġġustifika l-atti kkontestati.Ir-raba’ motiv ibba

żat fuq l-allegazzjoni li hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, jiġifieri: il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt li r-rikorrent jara l-evidenza li l-konvenut qed jinvoka kontrih, id-dritt għal smigħ, id-dritt għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal rimedju effettiv, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għall-proprjetà.Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li ngħatat motivazzjoni mhux xierqa.