Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Kosakowo (Kosakowo, il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Frar 2014, rigward il-miżura S.A. 35388, li tordna lill-Polonja tirkupra mill-ajruport Gdynia Kosakowo għajnuna mill-Istat imħallsa indebitament;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv

Stabbiliment żbaljat tal-fatti li abbażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni kontenzjuża;

It-tieni motiv

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qieset, b’mod infondat, li Gmina Kosakowo tat għajnuna pubblika bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni fejn it-teħid ta’ ishma minn din il-kollettività fil-kumpannija Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. kien jikkostitwixxi l-ħlas definittiv ta’ tranżazzjoni relatata ma’ kuntratt għal kiri ta’ art; u minħabba applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni Ewropea tal-kriterju tal-investitur privat.It-tielet motivKsur tar-regoli proċedurali li ġejjin: l-Artikolu 107(1) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°659/1999, sa fejn il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-investitur privat; l-Artikolu 7(5), moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°659/1999, sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod żbaljat l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata u inkludiet fih ukoll l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u tal-infrastruttura; u t-tieni paragrafu

tal-Artikolu 29

6 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn din ma tindikax l-elementi essenzjali li jippermettu li jiġu stabbiliti l-motivi tagħha.