Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)

(Kawża T-222/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva deluxe – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru°207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru°207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Deluxe Laboratories, Inc. (Burbank, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv deluxe bħala trade mark Komunitarja.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2) hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż.