Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Deluxe Entertainment Services Group vs EUIPI (deluxe)

(Kawża T-222/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva deluxe – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru°207/2009[li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Deluxe Entertainment Services Group Inc. (Burbank, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Gellman, solicitor u M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv deluxe bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deluxe Entertainment Services Group Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 175, 10.6.2014.