Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2012 - Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: IL-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sejħa għal offerti ppubblikata fit-3 ta' April 2012, dwar it-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija "Bini ta' bajpas ġdid tal-linja tal-ferrovija b'linja waħda ta' Niš, mill-istazzjon Robna sal-istazzjon Sicevo", imħejjija skont l-istandards tal-interoperabilità tal-UE, il-Ftehim ta' AGC, AGTC u SEECP (ĠU 2012/S 65-104847), li teskludi lir-rikorrenti milli tipparteċipa fiha;

tikkundanna lill-konvenuta tagħtiha danni fuq il-bażi tad-dannu pekunjarju allegat;

tordna li l-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv isostni

li ma hemmx bażi legali li abbażi tagħha r-rikorrenti tiġi eskluża a priori milli tipparteċipa fis-sejħa għal offerti inkwistjoni peress li ma hemmx kunflitt ta' interessi;

It-tieni motiv isostni

li l-esklużjoni mill-offerta tikser ir-Regolament IPA ;

It-tielet motiv isostni

li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kuntratt kienu illegali.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006, tas-17 ta' Lulju 2006, li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, p. 82)