Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2012 - Lidl Stiftung vs UASI - LĺDL MUSIC (LIDL)

(Kawża T-226/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer, M. Wolter u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LĺDL MUSIC, spol. s r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Marzu 2012 (R 2380/2010-1);

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "LIDL" għal prodotti fil-klassi 15 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 861 025

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali u t-trade mark Komunitarja "LIDL MUSIC" għal prodotti fil-klassi 15

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u r-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 15(1)(a) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________