Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2012 - Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti li tirrigwarda t-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju - Esklużjoni tar-rikorrent milli jipparteċipa f'din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta' sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, essenzjalment, għall-miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta' sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta' kuntatt, ippubblikat fit-3 ta' April 2012, dwar it-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika dwar il-proġett tal-immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta' sejħa għal offerti.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________