Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2012 - Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/12) 

("Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċedura ta' sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta' sejħa għal offerti wara li ġie ppreżentat ir-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta' sejħa għal offerti, ippubblikata fit-3 ta' April 2012, dwar it-tħejjija ta' dokumentazzjoni teknika għal proġett ta' modernizzazzjoni ta' linja tal-ferrovija, li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti f'din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 227, 28.07.2012.