Language of document : ECLI:EU:T:2014:95





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 — Advance Magazine Publishers vs UASI – López Cabré (VOGUE)

(Kawża T‑229/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOGUE — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti — Identiċità jew xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ preċiżjoni fl-applikazzjoni għal trade mark — Artikolu 26(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Karattru komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 29)

3.                     Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi li huma kkonċernati mit-trade mark — Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni — Stabbiliment, mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi ekonomiċi, tal-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 26(1)(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 2(2)) (ara l-punti 34-37)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva VOGUE u trade mark verbali VOGUE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50-54)

5.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-awli tal-appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 55)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1170/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1170/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc., hija annullata sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-18 ta’ Marzu 2011 li tilqa’ l-oppożizzjoni għall-aċċessorji fil-klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tat-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv huma miċħud.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi li jilqgħu l-oppożizzjoni biss sa fejn din tikkonċerna l-umbrelel, il-parasolijiet u l-aċċessorji għall-umbrelel u għall-parasolijiet.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.