Language of document : ECLI:EU:T:2014:611





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Accorinti et vs BĊE

(Kawża T‑224/12)

“Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Banek ċentrali nazzjonali – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mill-Greċja għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema – Konservazzjoni tal-livell ta’ kwalità tal-kreditu suffiċjenti għaż-żamma tal-eliġibbiltà – Tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ programm ta’ xiri mill-ġdid ta’ strumenti favur banek ċentrali nazzjonali – Kredituri privati – Imputabbiltà ta’ ċerti effetti legali fuq l-att ikkontestat – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess li jiġi evalwat fid-data tal-preżentata tar-rikors – Rikors ippreżentat kontra att li pproduċa effetti legalment vinkolanti fir-rigward tar-rikorrent – Tħassir tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Inammissibbiltà – Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-att ikkontestat (Artikoli 263 TFUE u 266 TFUE) (ara l-punti 68, 69)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji – Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tistabbilixxi l-eliġibbiltà tal-istrumenti ta’ dejn Griegi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu inkambju għal skema ta’ riakkwist favur banek ċentrali nazzjonali – Rikors ippreżentat minn kredituri privati detenturi ta’ strumenti ta’ dejn Griegi – Assenza ta’ interess dirett – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2012/153, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 72, 81, 82, 88, 89)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/3) (ĠU L 77, p. 19).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Alessandro Accorinti u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness huma kkundannati għall-ispejjeż.