Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2024 – Schmidt Spiele vs EUIPO – de Gea Quintana (DDG)
(Kawża T-53/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Urek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: David de Gea Quintana (Hale Barns, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea DDG – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 567 763
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1039/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrent i titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Settembru 2021;
tibgħat il-kawża lura quddiem il-EUIPO;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-EUIPO.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________