Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – AL vs Il-Kunsill
(Kawża T-22/22) 1
(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari –Tneħħija minn kariga – Investigazzjoni tal-OLAF – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi – Dmir ta’ premura)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukata)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Settembru 2021 li permezz tagħha tneħħa mill-kariga tiegħu.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud
AL huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
____________
1 ĠU C 109, 7.3.2022.