Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Ġunju 2008 - Leclercq vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/06)1

("Rikors għal annullament - Nuqqas ta' azzjoni min-naħa tar-rikorrenti - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni" )

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sylvie Leclercq (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2004, li tirrifjuta, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Sylvie Leclerq hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni. Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 326, 3.12.2006.