Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - Promat vs UASI

(Kawża T-300/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel u S. Beckmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Proma, SAL (Villancañas, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2006 (Każ R 1058/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.    

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 310, 16.12.2006.