Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 - Lemaître Sécurité vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/06)1

("Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura antidumping - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lemaître Sécurité SAS (La Walck, Franza) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Giolito, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Associazione nazionale calzaturifici italiani (Milan, l-Italja) (rappreżentant: D. Bollecker, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/582/KE, tat-28 ta' Awwissu 2006, li tagħlaq il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' żraben b'maskaretta ta' protezzjoni li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU 2006, L 234, p. 33)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Lemaître Sécurité SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

L-Associazione nazionale calzaturifici italiani għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006