Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (1000)

(Kawża T-298/06)1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1000 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u T. Dolde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Awwissu 2006 (Każ R 447/2006-4) dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali 1000 bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 310, 16.12.2006.