Language of document : ECLI:EU:T:2009:449





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad‑19 ta’ Novembru 2009 – Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (1000)

(Kawża T-298/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1000 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal‑Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24-31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Awwissu 2006 (Każ R 447/2006-4), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali 1000 bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali 1000 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41 – Applikazzjoni Nru 4372264

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.