Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Mejju 2013 – Nutricia NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-267/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nutricia NV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “medikament” fis-sens tal-intestatura 3004 tan-NM għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wkoll il-preparazzjonijiet tal-ikel, bħall-prodotti preżenti, li huma esklużivament intiżi li jiġu amministrati enteralment taħt sorveljanza medika (permezz ta’ tubu gastriku) lil persuni li huma taħt kura medika minħabba mard jew uġigħ u li, fil-kuntest tal-ġlieda kontra dan il-mard jew uġigħ, il-prodotti jkunu amministrati sabiex tiġi kkontrollata jew prekluża l-malnutrizzjoni?

Il-kunċett ta’ “xorb” fis-sens tal-intestatura 2202 tan-NM għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-ikel likwidu, bħall-prodotti preżenti, li ma humiex intiżi li jiġu mixruba, iżda li jiġu amministrati enteralment (permezz ta’ tubu gastriku)?