Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 - ASA vs UASI - Merck (FEMIFERAL)

(Kawża T-110/11)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ASA (Głubczyce, il-Polonja) (rappreżentant: M. Chimiak, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Merck Sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fit-totalità tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2010, R 0182/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "FEMIFERAL" għall-prodotti fil-klassi 5 - applikazzjoni Nru 5320701.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Merck Sp. z o.o.

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva nazzjonali "Feminatal" u trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-element figurattiv "feminatal" għall-prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: rifjut tal-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u rifjut tal-applikazzjoni għat-trade mark fit-totalità tagħha.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 minħabba konklużjoni żbaljata li t-trade marks "feminatal" u "FEMIFERAL" jixxiebhu tant bejniethom li jistgħu joħolqu probabbiltà ta' konfużjoni lill-konsumaturi Polakki rigward l-oriġini tal-prodotti; nuqqas ta' rikonoxximent tal-kapaċità distintiva tal-prefiss "femi" u nuqqas ta' teħid inkunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-konsumatur Pollakk u tal-prinċipji tal-lingwa Pollakka, kif ukoll evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tas-sinjali taħt it-tliett profili: viżiv, fonetiku u kunċettwali.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill Nru 207 (KEE), tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1)