Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2011 - Apollo Tyres vs UASI - Endurance Technologies (ENDURACE)
(Kawża T-109/11)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apollo Tyres AG (Baden, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Endurance Technologies Pvt Ltd (Aurangabad, Indja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 625/2010-1;
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "ENDURACE", għal prodotti fil-klassi 12 u servizzi fil-klassijiet 35 u 37 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6419824
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja rregistrata taħt in-Nru 5819149 tat-trade mark figurattiva "ENDURANCE" bil-kuluri għal prodotti fil-klassi 12
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell tar-rikorrenti miċħud u t-talba tal-parti li topponi mressqa skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96
1 parzjalment milqugħa, u konsegwentement l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni.
____________1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta' Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2082/2004, tas-6 ta' Diċembru 2004.