Language of document : ECLI:EU:T:2017:124


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2017 –
Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

(Kawża T162/14)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Pajjiż esportatur – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Valur normali – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda – Dannu – Rabta kawżali”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Regolament li jimponi dazji antidumping – Rikors ta’ impriża li l-impenji tagħha ġew aċċettati fir-Regolament li huwa s-suġġett tar-rikors – Ammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 8(1) u (6), u Artikolu 9(4))

(ara l-punti 41-44, 46)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Interess li jiġi invokat motiv – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Motiv li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Assenza – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 64-74)

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Riferiment għall-prezz ta’ pajjiż li għandu ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(2) u (3), u Artikolu 2(7)(a))

(ara l-punti 84-94)

4.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – GATT tal-1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tad-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu – Assenza

(Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “Kodiċi antidumping tal-1994”, Artikolu 2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7))

(ara l-punt 95)

5.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni – Applikazzjoni tal-kriterji użati mill-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(4))

(ara l-punti 109-139)

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju – Interpretazzjoni li tmur kontra l-formulazzjoni tiegħu u kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012, Artikolu 1, punt 1(a), u Artikolu 2)

(ara l-punti 150-153)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Regoli sostantivi – Distinzjoni – Applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament Nru 1168/2012, li jemenda r-Regolament bażiku Nru 1225/2009 – Bidla tat-terminu sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni għall-investigazzjonijiet pendenti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012, Artikolu 1, punt 1(a), u Artikolu 2)

(ara l-punti 154-166)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Limiti – Adozzjoni ta’ miżura tal-Unjoni ta’ natura li taffettwa l-interessi ta’ operatur ekonomiku – Operatur ekonomiku prudenti u avżat li huwa f’pożizzjoni li jipprevedi l-adozzjoni tal-imsemmija miżura – Impossibbiltà li jiġu invokati l-imsemmija prinċipji

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012)

(ara l-punti 168, 169)

9.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Effett ta’ tali fatturi fuq l-istabbiliment tar-rabta kawżali

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(1), (2), (5) sa (7))

(ara l-punti 178-184, 197-200)

10.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Effett ta’ tali fatturi fuq id-determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(7) u 9(4))

(ara l-punti 185-192, 195, 200-218)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power (China), Inc. huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.