Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Ottubru 2012 - Chivas vs UASI - Glencairn Scotch Whisky (CHIVALRY)

(Kawża T-530/11) 

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chivas Holdings (IP) Ltd (Paisley, Renfrewshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Carboni, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd (Glasgow, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Lulju 2011 (Każ R 2334/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Glencairn Scotch Whisky Co. Ltd u Chivas Holdings (IP) Ltd.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 362, 10.12.2011.