Language of document : ECLI:EU:T:2015:476

Kawża T‑536/11

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

European Dynamics Luxembourg SA et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“ Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterju ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015

1.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

2.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu li jiġu kkomunikati, fuq talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-persuna li tkun ingħatat il-kuntratt — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296, TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2))

3.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tikkomunika r-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-offerti magħżula lil offerent li jkun ippreżenta offerta kklassifikata f’pożizzjoni iktar baxxa minn dik tal-offerenti l-oħra magħżula fil-kaskata — Assenza — Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tagħti analiżi komparattiva fid-dettall tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent li jkun ippreżenta offerta kklassifikata f’pożizzjoni iktar baxxa minn dik tal-offerenti l-oħra magħżula fil-kaskata — Assenza

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296, TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3))

4.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ trasparenza — Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2))

5.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Proċedura ta’ rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti ta’ għoti tal-kuntratti pubbliċi — Prinċipju ta’ kontradittorju — Konċiljazzjoni mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali — Obbligu li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità u d-dritt għar-rispett tas-sigrieti kummerċjali fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fil-proċessi kkomunikati mill-partijiet — Kundizzjonijiet — Konċiljazzjoni tal-imsemmi obbligu mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġuridika effettiva u mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet fit-tilwima sabiex jiġi ggarantit id-dritt għal smigħ xieraq

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2))

6.      Rikors għal annullament — Suġġett — Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni marbuta fil-qrib ma’ deċiżjoni preċedenti — Ċaħda tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni preċedenti li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni sussegwenti

(Artikolu 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 33)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 36-39, 41)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 40, 53, 56, 57)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 49)

5.      Fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni adottata minn awtorità kontraenti fir-rigward ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, il-prinċipju ta’ kontradittorju ma jimplikax li l-partijiet ikollhom dritt għal aċċess illimitat u assolut għall-informazzjoni kollha relatata mal-proċedura għall-għoti inkwistjoni. Bil-kontra, dan id-dritt ta’ aċċess għandu jiġi bbilanċjat mad-dritt li operaturi ekonomiċi oħra għandhom għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali kif ukoll tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali kif ukoll tas-sigrieti kummerċjali għandu jiġi implementat b’mod li jiġi kkonċiljat mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġuridika effettiva u mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet fit-tilwima u, fil-każ ta’ azzjoni ġudizzjarja, b’mod li jiġi żgurat li l-proċedura tosserva, fil-globalità tagħha, id-dritt għal smigħ xieraq.

(ara l-punt 50)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 378)