Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-18 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Hewlett Packard Development Company LP vs Senetic S. A.

(Kawża C-367/21, Hewlett Packard Development Company) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Artikoli 34 u 36 TFUE – Proprjetà intellettwali – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 13 – Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 15 – Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark – Tqegħid fis-suq fl-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Post tal-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu – Oneru tal-prova)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hewlett Packard Development Company LP

Konvenut: Senetic S. A.

Dispożittiv

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikoli 34 u 36 TFUE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li l-oneru tal-prova tal-eżawriment tad-dritt mogħti minn trade mark tal-Unjoni Ewropea jaqa’ esklużivament fuq il-konvenut fl-azzjoni għal kontrafazzjoni meta l-prodotti li jġorru din it-trade mark, li ma jkun fihom ebda indikazzjoni li tippermetti lit-terzi jidentifikaw is-suq li fuqu dawn il-prodotti għandhom jiġu kkummerċjalizzati u li huma ddistribwiti permezz ta’ network ta’ distribuzzjoni selettiva fejn il-membri tagħha jistgħu jbigħuhom mill-ġdid biss lil membri oħra ta’ dan in-network jew lil utenti finali, ikunu nxtraw minn dan il-konvenut fl-Unjoni Ewropea, jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, wara li l-bejjiegħa tawhom l-assigurazzjoni li dawn il-prodotti setgħu jiġu kkummerċjalizzati legalment hemmhekk, u meta l-proprjetarju tal-imsemmija trade mark jirrifjuta li jwettaq huwa stess din il-verifika fuq talba tax-xerrej.

____________

1     ĠU C 391, 27.9.2021.