Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2014 – The Smiley Company vs UASI – The Swatch Group Management Services (HAPPY TIME)

(Kawża T-352/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Helbig, P. Hansmersmann u S. Rengshausen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Swatch Group Management Services AG (Biel, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1497/2013-1;

tiċħad l-oppożizzjoni permezz ta’ bidla fid-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna lill-intervenjenti tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HAPPY TIME” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 106 813Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: The Swatch Group Management Services AGTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali, li tindika lill-Unjoni Ewropea, tat-trade mark verbali “HAPPY HOURS” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 37Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009