Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (zumex)

(Kawża T-354/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comercializadora Eloro, SA (Ecatepec, il-Messiku) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zumex Group, SA (Moncada, Spanja)

Talbiet tal-partijiet

tikkunsidra, abbażi tal-provi dokumentali prodotti fil-proċedura amministrattiva u ta’ dawk prodotti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, li r-rikorrenti ppruvat suffiċjentement l-użu tat-trade mark preċedenti tagħha “JUMEX” għal meraq tal-frott fil-klassi 32;

tiċħad, ladarba l-użu tat-trade mark prijoritarja mir-rikorrenti huwa ppruvat, l-applikazzjoni għat-trade mark “ZUMEX” għall-prodotti kollha fil-klassi 32 peress li teżisti probbabbiltá ta’ konfużjoni għall-konsumatur li tirriżulta mill-fatt li ż-żewġ trade marks jikkondividu l-istess suq, fid-dawl tax-xebh fl-ismijiet tagħhom u tal-fatt li dawn għandhom l-istess użu.Motivi u argumenti prinċipaliApplikanti għat-trade mark Komunitarja: Zumex Group, SATrade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “zumex” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 845 598Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “JUMEX” għal prodotti fil-klassi 32Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħudaMotivi invokati:Dwar il-prova ta’ użu tat-trade mark preċedentiKsur tal

-Artikolu 8(1)(b) u (2) tar-Re

golament Nru 207/2009