Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2014 – Construlink vs UASI – Wit-Software (GATEWIT)

(Kawża T-351/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Construlink – Tecnologias de Informação, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: M. Lopes Rocha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA (Coimbra, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1059/2013-1;

tqis li l-applikazzjoni għal trade mark Nru 10 128 262 GATEWIT kienet totalment sostnuta;

tikkundanna lill-UASI u lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GATEWIT” għal servizzi fil-klassi 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 128 262Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SATrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “wit software” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 kif ukoll ir-reġistrazzjoni nazzjonali tal-isem tal-kumpannija “Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark

ġiet miċħudaMotivi invokati:-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;-    ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.