Language of document : ECLI:EU:T:2015:947





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 – Comercializadora Eloro vs UASI – Zumex Group (ZUMEX)

(Kawża T‑354/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ZUMEX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti JUMEX – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punti 28-30)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3); Regolament Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 42)

3.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 43‑45, 50, 57, 62, 63)

4.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 46)

5.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u 76(2)) (ara l-punti 69, 70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Frar 2014 (Każ R 391/2012‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comercializadora Eloro, SA u Zumex Group, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Comercializadora Eloro, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.