Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-353/14 u T-17/15) 1

(“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara (Kawżi T-353/14 u T-17/15) u F. Simonetti (Kawża T-17/15), sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Čepaitė, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-353/14, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (ĠU 2014, C 74 A, p. 4) u, fil-Kawża T-17/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/294/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam ta’ protezzjoni tad-dejta għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (ĠU 2014, C 391 A, p. 1).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-353/14 u T-17/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi, u l-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/294/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk esposti mir-Repubblika Taljana.

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha marbuta mal-intervent tagħha fil-Kawża T-17/15.

____________

1  ĠU C 212, 7.7.2014.