Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Construlink vs EUIPO – Wit Software (GATEWIT)

(Kawża T-351/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GATEWIT – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti wit software – Isem ta’ kumpannija nazzjonali preċedenti Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Construlink - Tecnologias de Informação, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Lopes Rocha u A. Bertrand, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Teixeira Baptista u C. Tomás Pedro, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1059/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel u Construlink – Tecnologias de Informação.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Construlink – Tenologias de Informação, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għal finijiet ta’ dawn il-proċeduri u minn Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 261, 11.8.2014.