Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Decal España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Decal España, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Silva Sánchez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

–    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika l-miżuri kollha li skontha jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

–    sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-GIE bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna u bħala l-uniċi suġġetti għall-obbligu ta’ rkupru;

–    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni; –    fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, totalment jew b’mod li jillimita n-nuqqas ta’ profittabbilità tat-tranżazzjonijiet; –    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.