Language of document : ECLI:EU:T:2016:341





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Magic Mountain Kletterhallen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑162/13)

“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ ċentri ta’ tixbit ta’ Deutscher Alpenverein eV – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Skema ta’ għajnuna – Analiżi ekonomika iktar bir-reqqa – Karenza fis-suq – Għan leġittimu ta’ interess ġenerali – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Diffikultajiet serji”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors intiż li jikkontesta l-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni – Rikors ta’ impriża kompetitriċi li l-pożizzjoni tagħha fis-suq ġiet affettwata kunsiderevolamnet – Ammissibbiltà (Artikolu 108(2) u (3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 31-36, 39, 40)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mhux imqajma mill-konvenut – Inammissibbiltà – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3)) (ara l-punt 38)

3.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors ippreżentat minn diversi rikorrenti kontra l-istess deċiżjoni – Locus standi ta’ wieħed minn fosthom – Ammissibbiltà tar-rikors fit-totalità tiegħu (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 41)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 50-52)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida – Effett vinkolanti – Xandir ta’ dokument tax-xogħol li jenfasizza ċerti prinċipji – Nuqqas ta’ effett vinkolanti (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 53-57, 90)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni (Artikolu 107(3)(c) TFUE] (ara l-punt 59)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha – Ammissibbiltà – Eżami ta’ skema ta’ għajnuna settorjali – Eżami li għandu jkun ibbażat fuq elementi konkreti (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 62-68, 94, 95, 112, 123, 140)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna li għandha għan ta’ interess ġenerali (Artikolu 107(3)(c) TFUE) (ara l-punti 77-80)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Għajnuna għat-tħaddim – Esklużjoni – Eċċezzjonijiet (Artikolu 107(3)(c) TFUE] (ara l-punti 116, 117)

10.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett (ara l-punt 119)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami tal-ilmenti – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami ex officio tal-elementi mhux espressament imqajma mil-lanjant (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 121, 122)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva – Ċirkustanzi li jippermettu li tali diffikultajiet jiġu kkonfermati (Artikolu 108(2) u (3) TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punti 130-151)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8761 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33952 (2012/NN) – il-Ġermanja – ċentri ta’ tixbit tad-Deutscher Alpenverein.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Magic Mountain Kletterhallen GmbH, Kletterhallenverband Klever eV, Neoliet Beheer BV u Pedriza BV għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħhom stess.

3)

Deutscher Alpenverein eV u Deutscher Alpenverein, Sektion Berlin eV, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.