Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-443/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
tannulla d-Deċiżjoni 2013/255/PESC tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .