Language of document : ECLI:EU:T:2012:30





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 — Mojo Concerts u Amsterdam Music Dome Exploitatie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/09)

“Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Investiment tal-Gemeete Rotterdam fil-kumpless Ahoy’ — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna — Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Dritt għal azzjoni legali — Kundizzjonijiet (Artikolu 88(2) KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 30-34)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6018 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-investiment magħmul mill-Gemeente Rotterdam fil-kumpless Ahoy’ (għajnuna mill-Istat C 4/2008 (ex N 97/2007, ex CP 91/2007))

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mojo Concerts BV u Amsterdam Music Dome Exploitatie BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Gemeente Rotterdam u minn Ahoy’ Rotterdam NV.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.