Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-89/09) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen – Rikors għal annullament – Ittra indirizzata lil-lanjanti – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji tal-Istat – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji – Impriża li tinsab f’diffikultà – Bejgħ ta’ art pubblika – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG (Creuzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Heithecker u F. von Alemann, sussegwentement J. Heithecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Erlbacher, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Hessen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u P. Melcher, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – il-Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra D/55056 tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Diċembru 2008, dwar il-proċedura ta’ Għajnuna mill-Istat CP 195/2007 – Abalon Hardwood Hessen GmbH.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, hija annullata sa fejn hija tiddeċiedi li l-garanziji tal-Istat mogħtija mil-Land Hessen ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha, erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Land Hessen.Il Kummissjoni hija kkundannata tbati kwint tal-ispejjeż tagħha u kwint tal-ispejjeż ta’ Pollmeier Massivholz.Il-Land Hessen huwa kkundannat ibati kwint tal-ispejjeż tiegħu.

____________

____________

1 ĠU C 

129, 6.06.20