Language of document : ECLI:EU:T:2017:5

Kawża T-88/09 DEP

Idromacchine Srl et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż”

Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Jannar 2017

1.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Kunċett – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 91 u 140(b))

2.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Intervent minn diversi avukati

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

3.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Onorarji ta’ ekonomista –Ammissibbiltà f’kawżi li jikkonċernaw essenzjalment evalwazzjonijiet ekonomiċi

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 25; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 91 u 140(b))

4.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Kunċett – Spejjeż tal-komunikazzjoni bejn żewġ avukati tal-istess parti – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

5.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 140(b))

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ammont ta’ spejjeż imposti li jeċċedi l-ammont ta’ kumpens miksub fil-kawża prinċipali – Assenza ta’ ksur

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47)

8.      Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Interessi moratorji

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 140(b) u 170(1) u (3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 10-12)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 17)

3.      Fir-rigward ta’ spejjeż marbuta mal-perizja f’kawżi li jimplikaw evalwazzjonijiet ta’ natura essenzjalment ekonomika, l-intervent ta’ konsulenti jew ta’ esperti ekonomiċi li huwa supplementari għax-xogħol ta’ konsulenti ġuridiċi jista’ kultant ikun indispensabbli u jimplika għalhekk spejjeż li jistgħu jinġabru skont l-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Sabiex dan ikun il-każ, tali intervent għandu jkun oġġettivament neċessarju għall-finijiet tal-proċedura. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ meta l-perizja tkun deċiżiva għar-riżultat tal-kawża, b’mod li l-produzzjoni tagħha minn parti tkun iffrankat lill-Qorti Ġenerali l-bżonn li tordna perizja fil-kuntest tal-poteri ta’ investigazzjoni li għandha skont l-Artikolu 25 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

(ara l-punti 18, 19)

4.      L-ispejjeż tal-komunikazzjoni bejn żewġ avukati tal-istess parti ma jistgħux jiġu ġġustifikati bħala spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet għall-finijiet tal-proċedura.

(ara l-punt 25)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 29, 32, 37, 43)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 48)

7.      Id-dritt għal aċċess għall-ġustizzja ma jitnaqqasx mis-sostanza tiegħu bis-sempliċi fatt li l-parti tal-ispejjeż li tibqa’ responsabbiltà tar-rikorrent teċċedi l-ammont tal-kumpens li ngħatalu mill-Qorti Ġenerali fl-istess kawża, anki jekk dan għandu bħala effett li jċaħħdu mill-imsemmi kumpens.

Fil-fatt, minbarra s-sitwazzjoni tal-għajnuna legali, l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni minn avukat għandhom jiġu sostnuti minn kull persuna li tintroduċi rikors quddiem qorti li teżiġi tali rappreżentazzjoni. Il-fatt li, fil-każ ta’ rebħa parzjali tar-rikors, parti mill-ispejjeż jistgħu jiġu sostnuti mir-rikorrenti huwa inerenti għall-prinċipju, ikkonkretizzat fid-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura dwar l-ispejjeż, li jipprovdi li, f’tali każijiet, il-partijiet jistgħu jiġu kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, totalment jew parzjalment. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tistax tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal aċċess għall-ġustizzja, inkluż fil-każijiet fejn, minħabba differenza kunsiderevoli bejn l-ammont mitlub mir-rikorrent u dak li fl-aħħar mill-aħħar jingħata mill-Qorti Ġeenrali, l-ammont tal-ispejjeż li jibqa’ responsabbiltà tar-rikorrent jeċċedi l-ammont li jkun ingħatalu mill-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, qabel il-preżentata ta’ rikors, kull parti għandha tqis ir-riskji marbuta miegħu, inkluż ir-riskju li jkollha ssostni l-ispejjeż rispettivi tagħha, totalment jew parzjalment, fil-każ li r-rikors jiġi miċħud in parte jew in toto.

(ara l-punti 49, 50)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54, 55)