Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München - il-Ġermanja) – BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München

(Kawża C-509/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 71(1)(b) – Valur doganali – Importazzjoni ta’ prodotti elettroniċi mgħammra b’softwer)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BMW Bayerische Motorenwerke AG

Konvenut: Hauptzollamt München

Dispożittiv

L-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali ta’ merkanzija importata, li, mal-valur tat-tranżazzjoni tagħha, jiżdied il-valur ekonomiku ta’ softwer żviluppat fl-Unjoni Ewropea u pprovdut mingħajr ħlas mix-xerrej lill-bejjiegħ stabbilit f’pajjiż terz.

____________

1     ĠU C 328, 30.9.2019.